Bis-saħħa ta’ l-Artikolu 52(1) ta’ l-Ordinanza dwar ir-Regolamenti tat-Traffiku (Kap 65), il-Kummissarju tal-Pulizija jgħarraf illi l-vetturi tas-sewqan ma jkunux jistgħu jgħaddu jew jiddawru mit-toroq imsemmija hawn taħt fid-dati u l-ħinijiet indikati.
Avviż tal-Pulizija – Il-Kummissarju tal-Pulizija jgħarraf li skond l-Avviż Legali 94/97, it-toroq hawn taħt imsemmija ser jiġu kklasifikati bħala Żoni ta’ Rmonk kif indikat hawn taħt fid-dati u ħinijiet indikati
Data u Ħin: Toroq maghluqa ghat-traffiku nhar is- 17 ta’ Marzu 2026 mid- 9am sa 3am ta’ 18 ta’ Marzu 2026.
Avviż dwar it-Traffiku – Ċelebrazzjonijiet ta’ Jum San Patrizju. Nixtiequ ninfurmaw lir-residenti u lill-pubbliku li l-arranġamenti tat-traffiku li ġejjin se jkunu fis-seħħ nhar it-Tlieta 17 ta’ Marzu 2026.
Toroq Magħluqa għat-Traffiku minn nofsinnhar tas-17 ta’ Marzu sas-01:00 tat-18 ta’ Marzu 2026
San Ġiljan
• Triq San Ġorġ
• Triq Ġorġ Borg Olivier
• Triq Ross
• Triq Sant’ Andrija
• Triq Mikiel Ang Borg
• Triq Wied Għomor
• Pjazza Qalb ta’ Ġesù – Spinola
• Tigulio Car Park
• Triq Spinola
• Triq Paceville
• Triq il-Knisja
• Triq il-Qaliet
• Triq Luigi Apap
• Triq il-Kbira (niezla li taghti ghal hdejn Saddles)
Toroq ta’ Rmonk (Tow Zone)
Mis-6:00am tas-17 ta’ Marzu sas-1am tat-18 ta’ Marzu 2026
• San Ġiljan
• Triq San Ġorġ
• Triq Ross
• Pjazza Qalb ta’ Ġesù (Spinola), inkluż il-parking ta’ Tigulio
• Triq Mikiel Ang Borg
• Triq il-Kbira
• Tas-Sliema
• Triq il-Karmnu – l-aħħar żewġ parking bays fil-kantuniera ma’ Triq Manwel Dimech
• Triq Manwel Dimech – l-ewwel żewġ parking bays faċċata ta’ Casa Marija
Vetturi pparkjati f’dawn iż-żoni matul il-ħinijiet indikati se jiġu rmunkati. Nirringrazzjaw lir-residenti u lill-viżitaturi tal-kooperazzjoni u l-fehim tagħkom matul iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum San Patrizju.