L-attriċi Rebecca Dimech Menniello kitbet twissija għas-segwaċi tagħha u għall-pubbliku. “IMPORTANTI ĦAFNA! DISCLAIMER: in-numru tiegħi qed jintuża minn scammers. Jekk jogħġbok tinvolvix ruħek u tagħtix flus! Importanti ħafna!”
Jidher li qed isiru telefonati bin-numru ta’ Rebecca, fejn qed jipprovaw jaqbdu lin-nies f’xi scam. Fost l-affarijiet li qed jingħadu b’mod falz, hu li Rebecca qed toffri xi rwol tar-reċtar.
L-attriċi bdiet tirċievi callbacks ta’ telefonati li ma tkunx għamlet, u investigat minnufih mas-service provider.
“Jekk jitolbukom xi flus, biex tmorru x’imkien, biex tidħlu f’xi sit, bin-numru tiegħi, mhux jiena, tagħmlu xejn! Qatt mhu ħa nċemplilkom għal xi flus, jew biex tidħlu f’xi sit,” tgħid Rebecca.
Tfakkar li llum il-ġurnata anke bl-intelliġenza artifiċjali qed jippruvaw jingannaw lin-nies. “Sfortunatament ġrat aktar minn darba dal-weekend… Oqogħdu attenti ħafna… sitwazzjoni tal-biża’ kif spiċċajna, anke bl-AI jistgħu jużaw wiċċi jew leħni.”
Tappella biex qatt ma nafdaw dak li naraw fuq l-internet jew fuq il-mobile.