L-Animal Welfare Gozo qed tfittex dar ġdida mimlija mħabba għal tliet qtates sbieħ imlaqqma kompletament u neutured – Rory, Remy u Rudy – li sfortunatament ġew abbandunati
Rory hija l-omm, filwaqt li Remy u Rudy huma l-frieħ tagħha. Minkejja dak li għaddew minnu, it-tlieta baqgħu qrib ħafna ta’ xulxin.
“B’mod partikolari, Remy u Rudy għandhom rabta qawwija ta’ aħwa u jħobbu jilagħbu, jesploraw u jqattgħu l-ħin flimkien.”
Minħabba l-esperjenzi li għaddew minnhom ilkoll, l-għaqda Animal Welfare Gozo qed tittama li ssib dar għal din il-familja żgħira.
Kull min għandu spazju fid-dar u f’qalbu għal dawn it-tliet qtates jista’ jikkuntattja lil Animal Welfare Gozo biex jesprimi l-interess tiegħu fl-adozzjoni.