Iħalli Din Id-Dinja Dun Salv – Saċerdot Ta’ Dedikazzjoni Li Ħalla Marka Fil-Knisja Għawdxija

Il-Komunità Nisranija f’Għawdex tinsab imnikkta wara li tħabbret il-mewt ta’ Monsinjur Saviour Tabone, magħruf aħjar bħala Dun Salv, li ħalla din id-dinja lbieraħ it-Tlieta 17 ta’ Marzu filgħaxija fl-età ta’ 75 sena.

Dun Salv kien marbut mal-Parroċċa tal-Qalb ta’ Ġesù fil-Fontana u serva b’dedikazzjoni kbira lill-Knisja Għawdxija tul ħajtu kollha. Għal bosta snin huwa kien iċ-Ċerimonier tal-Isqof Nikol Ġ. Cauchi, u aktar tard kompla jservi fl-istess rwol għal xi żmien ukoll taħt l-Isqof Mario Grech.



Kien saċerdot magħruf għall-impenn tiegħu, il-ħlewwa fil-karattru u s-servizz leali tiegħu lejn il-komunità u l-Knisja. Id-dettalji tal-funeral tiegħu mistennija jitħabbru fil-jiem li ġejjin.



“Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.”



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI