“27 Sena Ta’ Servizz Fl-Istazzjonijiet ONE.” – Wayne Aquilina Jfakkar Data Speċjali Għalih

Wayne Aquilina

Wayne Aquilina ilu involut fix-xandir mill-1999, propju 27 sena. Rajnieh jippreżenta, jipproduċi u jmexxi numru ta’ programmi televiżivi – minn programmi taż-żgħażagħ għall-programmi relatati mal-mużika u dawk magażin.

Wayne ifakkar dan il-jum importanti immens għalih u jikteb, “18 ta’ Marzu 1999-2026 27 sena ta’ servizz fl-istazzjonijiet ONE.” Qasam ritratt tiegħu quddiem il-bini ta’ ONE għall-okkażjoni.

Bosta kkummentawlu biex jifirħulu għal dawn is-snin kollha ta’ sehem professjonali u b’dedikazzjoni. Jawgurawlu anke għal aktar ħidma ta’ suċċess f’din il-karriera.

Awguri għal aktar!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI