14-il Żeffiena Llejla Ser Jikkompetu Waqt L-Ewwel Semifinali Ta’ Brillanti

Joseph Chetcuti

Nhar l-Erbgħa li għadda intagħżlu l-14-il semifinalista ta’ Brillanti Dance 2026 – għażla ta’ talent mill-ifjen minn kull rokna ta’ Malta u Għawdex u lil hinn, lesti sabiex jaffrontaw lil xulxin għar-rebħa tat-titlu ta’ Brillanti Dance 2026.

Jingħaqad ukoll mal-ġurija tagħna, komposta minn Brenda Lee Grech, Attila, Sol u Emanuele Battista, ħadd ħlief l-Ingliż Musical Royalty Ashley Nottingham – korjografu bravissimu u magħruf tant li saħansitra Sir Andrew Loyd Webber għażlu sabiex ikun il-korjografu uffiċjali tal-2024 revival tal-musical Starlight Express ġewwa Londra!

Iva, illejla tibda l-ewwel semifinali bejn dawn l-14 il-żagħżugħ u żagħżugħa – ilkoll kemm huma mixtieqa li jirbħu dak il-premju tant ambit – total ta’ €30,000 għall-avvanz tat-talent tagħhom fl-iżfin!



U l-ewwel sfida li dawn l-14-il semifinalista ser jaffaċċjaw nhar l-Erbgħa hija Tell me a story – sfida fejn is-semifinalisti tagħna jridu jagħżlu silta mużikali u permezz tagħha jirrakkontaw storja – forsi anke xi ftit awtobijografika.



Min jaf biex ser joħorġu s-semifinalisti tagħna – liema storja ser jirrakkuntaw sabiex jimpressjonaw lill-ġurija tagħna fl-ewwel semifinali ta’ Brillanti Dance 2026?

U min se jkunu ż-żewġ żgħażagħ li l-inqas jimpressjonaw lill-ġurija tagħna u li jkollhom jgħaddu għall-play off?

U min minn dawn l-14-il żagħżugħ u żagħżugħa jkollu jippakkja u jmur id-dar? Inkunu nafu flimkien nhar l-Erbgħa li ġej għall-ewwel semifinali ta’ Brillanti Dance 2026

Titilfuhx għaliex bhal kull ġimgħa lestu ruħkom għal programm xejn ħlief Brillanti!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI