Il-Familja Arapa Tagħti €500 Lil Puttinu F’Ġieħ It-Telfa Taż-Żagħżugħ George 

F’att ta’ ġenerożità u mħabba, il-familja Arapa għamlet donazzjoni ta’ €500 lill-Puttinu Cares, b’tifkira taż-żagħżugħ George Arapa li ħalla din id-dinja fl-età żgħira ta’ 22 sena.

Din id-donazzjoni hija xhieda ta’ kemm il-familja tibqa’ tgħożż il-memorja ta’ George, filwaqt li tkompli tagħmel ġid f’ismu. Minkejja t-telfa kbira li għaddew minnha, huma għażlu li juru s-solidarjetà tagħhom ma’ dawk li għaddejjin minn mumenti diffiċli.

Il-familja Arapa dejjem esprimiet il-gratitudni tagħha lejn Puttinu Cares, organizzazzjoni li ilha snin twal tgħin pazjenti Maltin li jkollhom bżonn kura barra minn Malta. Apparti minn hekk din il-familja baqgħet dejjem leali u lesta biex toffri l-għajnuna tagħha.

Donazzjonijiet bħal dawn mhux biss jgħinu finanzjarjament, iżda jġibu magħhom ukoll messaġġ qawwi ta’ tama, solidarjetà u mħabba lejn il-proxxmu.

F’messaġġ li qasam Puttinu cares, irringrazzjaw lill-familja Arapa għal dan il-ġest sabiħ u nobbli. Jalla George jibqa’ mfakkar permezz tal-ġid li qed isir f’ismu.







Ritratti:

Facebook/ Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI