Kull min għandu nagħsu ħafif, żgur sema’ x-xita nieżla għal madwar is-sagħtejn ta’ filgħodu. Fil-fatt niżel ammont mhux ħażin. Il-paġna tal-Facebook It-Temp Madwarna tkellmu dwar dan.
“Ħalba xita ġmielha f’diversi lokalitajiet Maltin,” huma kitbu fis-sagħtejn ta’ filgħodu. “Il-jum tal-Ħamis 19 ta’ Marzu, festa pubblika, se jkompli b’temp bnazzi u riħ moderat għal ftit qawwi (F4-5) mill-Majjistral.”
Facebook / It-Temp Madwarna