Tibda L-Marksmen Shooting Competition Ġewwa Pembroke – Tlett Ijiem Ta’ Preċiżjoni U Konċentrazzjoni 

Illum bdiet uffiċjalment il-Marksmen Shooting Competition ġewwa Pembroke Ranges – avveniment li jiġbor flimkien dilettanti u professjonisti tal-isparar minn madwar Malta għal tlett ijiem ta’ kompetizzjoni, iffukar u preċiżjoni.

Organizzata mill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) flimkien mal-Association of Arms Collectors and Target Shooters Malta, din il-kompetizzjoni se tibqa’ għaddejja sa nhar il-Ħadd 22 ta’ Marzu 2026. Il-marksman shooting (jew sparar ta’ preċiżjoni) jirrikjedi dixxiplina fejn il-parteċipanti jimmiraw lejn targets (miri) minn distanza speċifika, bl-għan li jolqtu ċ-ċentru b’aktar preċiżjoni possibbli. Din mhix sempliċiment kompetizzjoni ta’ veloċità, iżda ta’ kontroll, teknika u preċiżjoni assoluta.



Il-parteċipanti, kemm dawk b’esperjenza kif ukoll dawk li għadhom kifb jibdew, jingħataw l-opportunità li jittestjaw il-ħiliet tagħhom, jitgħallmu minn xulxin u jikkompetu f’ambjent professjonali.Il-kompetizzjoni hija wkoll ċelebrazzjoni tal-impenn u d-dedikazzjoni ta’ dawk li jipprattikaw dan l-isport.



Nawgraw l-isbaħ xorti lill-parteċipanti kollha li qed jieħdu sehem f’dawn it-tlett ijiem mimlija sifidi u preċiżjoni.



Ritratti:

Facebook/ AFM

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI