Ftit jiem ilu bosta tħallew maħsuda bl-aħbar li fl-età ta’ 19-il sena ħalla din id-dinja ż-żagħżugħ Danjel Cuschieri. Ma’ The Briefcase Man, tkellem iż-żagħżugħ Nathan Hili li minbarra li kien jilgħab fl-istess tim tal-futbol ta’ Danjel, kien ukoll ħabib tiegħu.
Hu jirrakkonta kif Danjel kien maħbub minn kulħadd hekk kif kien żagħżugħ enerġetiku, umli, twajjeb u fuq kollox pożittiv tant li dejjem kont tarah bi tbissima fuq fommu.
“Kelli l-ħsieb li mmur narah wara l-eżamijiet imma sfortunatament kien tard wisq… ma lħaqtux,” jistqarr b’diqa Nathan.
Ma’ Gabriel hu kompla jfisser kif qatt f’mitt qamar ma kien qed jistenna din l-aħbar u stqarr li jekk xejn f’dawn il-mumenti diffiċli għaraf jirrealizza kemm hu importanti li tapprezza kull mument li tista’ tgawdi mal-familjari tiegħek.
Nesprimu l-kondoljanzi sinċiera tagħna mal-ħbieb u l-familjari ta’ Danjel!
Instagram / The Briefcase Man