“Imut Papa U Jitla’ Ieħor” – Riflessjoni Li Ma Tħallikx Indifferenti Mill-Psikologu Nicholas Briffa

Messaġġ li jqanqal li qasam il-Psikologu Nicholas Briffa fuq il-midja soċjali, hekk kif tkellem dwar ir-realtà inevitabbli tal-ħajja u l-mewt u l-importanza li ngħixu kull mument.

Fil-kitba tiegħu, Nicholas ifakkar kif il-mewt tista’ tasal b’mod kwiet u bla mistenni, anke f’nofs il-ħajja ta’ kuljum, fost pjanijiet, ħolm u proġetti li għadhom mhux mitmuma jew lanqas biss bdew. Huwa jenfasizza kif, minkejja kollox, id-dinja tkompli għaddejja bħas-soltu, u jħalli biss niket kbir fost dawk li verament iħobbuna.



B’riferiment għal qawl magħruf, “imut Papa u jitla’ ieħor”, Nicholas juri kemm il-ħajja tkompli, anke wara telf kbir, realtà li tista’ tidher iebsa iżda wkoll tfakkarna fil-fraġilità tal-eżistenza tagħna.



Il-messaġġ tiegħu jasal għal punt ċar u qawwi, li wieħed għandu jgħix tassew il-ħajja tiegħu, mingħajr dewmien u mingħajr ma jħalli affarijiet importanti għal aktar tard. Huwa jħeġġeġ lin-nies biex ma jistennewx, iżda jieħdu l-opportunità li jgħixu b’mod sħiħ waqt li għadhom jistgħu.

Kelma sempliċi iżda mimlija tifsira tfakkira li l-ħajja hija qasira, u li kull mument għandu valur.



Ritratti:

Facebook / Nicholas Briffa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI