“Faith Li Ma Tħalli Xejn Iwaqqafha Milli Tagħmel Dak Li Tħobb…” – Up & Up with Faith

Il-Paġna ta’ Up & Up with Faith, mill-pjattaforma soċjali tagħha, ittella’ ritratti u filmat tassew ħelwin.

“Din hi Faith. Faith li ma tħalli xejn iwaqqafha milli tagħmel dak li tħobb. Li kapaċi tagħmel dak li jagħmlu tfal oħra, bil-pass tagħha.Faith l-ispirazzjoni, il-kuraġġ u t-tama tiegħi!”

Kompliet, “llum għal-Ħadd il-Palm ipparteċipat fil-purċissjoni flimkien mal-Girl Guides , tellgħat l-offerti u wiċċha jixhed il-gost u s-sodisfazzjon fiha nnifisha. Imbagħad pastizz mistħoqq!Kburin bik Faith. Brava!”

Prosit lil Faith tar-reżiljenza u d-determinazzjoni tagħha! Grazzi talli inti ta’ inspirazzjoni infinita!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI