“Illum Għammidna Lill-Għażiża Neputija Ella Ivy” – Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said, qasmet mas-segwaċi tagħha aħbar ħelwa dwar in-neputija tagħha li llum kellha l-magħmudija.

Hi spjegat, “Illum għammidna lill-għażiża neputija Ella Ivy. Awguri lil oħti Maria u Nicholas f’dan il-mument speċjali.”



Dan il-messaġġ irċieva ammont kbir ta’ kummenti jagħtu l-awgurju tagħhom f’din l-okkażjoni speċjali, u jitolbu lil Alla biex ikompli jżomm idejh fuq din it-tarbija.



Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlhom f’din il-ġurnata li żgur se tibqa’ mnaqqxa f’qalbhom għal dejjem, u nitolbu għall-għażiża Ella Ivy biex tkompli timxi f’din it-triq mal-Missier.



Ritratti:

Facebook / Alicia Bugeja Said

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI