L-Arċikonfraternita` ta’ San Ġużepp Rabat Tal-Imdina awguraw lil Patri Clive Camilleri O.F.M permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħhom f’jum għeluq sninu.
Huma kitbulu, “Nawguraw l-isbaħ xewqat f’għeluq snin, Patri Clive Camilleri O.F.M., Gwardjan u Direttur Spiritwali tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp. Nitolbu lill-Mulej ibierek il-ħidma tiegħek u jagħtik saħħa u grazzji dejjem!”
Dan il-messaġġ irċieva bosta messaġġi t’awgurju mingħand persuni li b’xi mod jew ieħor, il-Patri Clive Camilleri missilhom qalbhom u ħajjithom. Nirringrazzjawh tax-xogħol kollu li għamel fil-komunita` Nisranija.
Inżommuh fit-talb tagħna u nisperaw li jkollu ġurnata mill-isbaħ flimkien mal-familjari u għeżież tiegħu. Nawgurawlu għal iktar snin ta’ hena u saħħa.
Facebook / L-Arċikonfraternita` Ta’ San Ġużepp Rabat Tal-Imdina