Il-mużiċist Malti Adrian Brincat, magħruf bħala “Ir-Russu”, qasam mument sinifikanti mal-pubbliku hekk kif ibnu ta’ tliet snin għamel l-ewwel passi tiegħu fid-dinja tal-mużika.
Fil-post tiegħu, Adrian spjega kif għall-ewwel darba beda jgħallem lil ibnu t-teknika tal-“buzzing” fuq it-trumbetta, li hija bażi essenzjali biex wieħed jitgħallem idoqq dan l-istrument. F’dan il-proċess, it-tifel irnexxielu joħroġ l-ewwel nota tiegħu, F concert (G fuq it-trumpet), minkejja l-età żgħira tiegħu.
Dan il-mument juri mhux biss bidu bikri fil-mużika, iżda wkoll l-importanza li passjoni tiġi mgħoddija minn ġenitur għal uliedu. B’esperjenza kbira fil-qasam, Adrian qed jidher li diġà qed jintroduċi lil ibnu għal din id-dinja artistika.
Is-segwaċi tiegħu flimkien ma’ familjari u ħbieb, laqgħu din l-aħbar b’reazzjonijiet pożittivi, u ħafna faħħru kemm il-ħila tat-tifel kif ukoll l-impenn ta’ missieru biex jinkoraġġixxi dan l-iżvilupp minn età daqshekk żgħira.
Mument li jista’ jitqies bħala l-bidu ta’ vjaġġ mużikali ġdid.
Facebook / Adrian Brincat