Rodianne tingħaqad ma’ Melanie Kelly fuq Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida, fejn b’kuraġġ tiftaħ qalbha dwar it-tfulija diffiċli tagħha u l-isfidi li kellha tiffaċċja minħabba sitwazzjonijiet familjari kumplessi.
Hi tirrakkonta wkoll l-esperjenza tal-abbuż li sofriet meta kienet adoloxxenti u kif dawn il-mumenti ħallew impatt profond fuqha tul ħajjitha, anke fir-relazzjoni tagħha ma’ wliedha.
F’din il-konversazzjoni sinċiera, Rodianne taqsam ukoll il-vjaġġ tagħha fl-imħabba u fil-ħajja. Storja emozzjonanti, vera u mimlija saħħa.