“L-Għażiża Oħti Llum Tagħlaq Sninha. Kienet Hi Li Reġgħet Ressqitni Lejn Id-Dar T’Alla” – Clare Agius Lil Pauline

“L-għażiża oħti llum tagħlaq sninha,” hi kitbet flimkien ma’ ritratt tagħhom flimkien. “Dan ir-ritratt meħud meta kien ġie l-Papa u ħeġġitni nmorru narawh. Għalkemm kont dejjem persuna spiritwali, kont ilni ma nmur il-quddiesa b’mod regolari u kienet hi li reġgħet ressqitni lejn id-dar t’Alla.”

“Fi żmien fejn kienet qed taffaċċja żmien diffiċli wisq! Ir-reżiljenza tagħha, il-paċenzja, it-tjubija tagħha huma fost il-ftit kwalitajiet li jsebħuha bħala mara mara u omm li għallmitni ħafna speċjalment kif inkun b’qalbi miftuħa għat-talb!”

Hi kompliet tgħid, “Il-Bambin iżomm idejh fuqek u jipproteġik għażiża oħti. Grata ħafna lejk. Jien hawn għalik dejjem.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI