“Il-Bniedem Li Beda Kollox. Il-Pedjatra Calvagna” – L-Awtur Vince Debono

Fuq il-paġna tiegħu, l-awtur Vince Debono fakkar il-mibki Dr Calvagna, li ħalla impatt kbir fuq id-dinja tal-mediċina.

Hu kiteb, “Il-bniedem li beda kollox. Il-Pedjatra Calvagna, li permezz ta’ diversi riċerki li kien jagħmel, għolla r-rata ta’ fejqan għal 80%. Kien tabib sportiv li fil-maratona “XTERRA” kien ġie l-ewwel, rebaħ medalja unika u ddedikaha lil Jake, wieħed mill-anġli ta’ Dr. Calvagna. Kien jagħti kollox għall-pazjenti ċkejknin tiegħu, qalbu, imħabbtu, ħinu, saħħtu, u ħajtu.”

Żied jgħid, “Kelli l-opportunità li darba nintervistah f’wieħed mill-programmi tiegħi televiżivi, u niftakar li kien ġie għarqan xraba liebes ħwejjeġ sportivi tal-jogging, u qalli b’ton ħelu, “Tini ċans inbiddel Vince please għax kelli ftit ħin liberu u mort niġri.” Emmnuni imma iggustajtu neża l-ħwejjeġ għasra fl-istudio, u libes pulit il-ħwejjeġ li kellu fil-basket li kellu miegħu. Ħarstu kienet kalamita ma’ qalbi, umli, u qaddisa. Ma nistax inneħħih minn quddiem għajnejja.”



Qal ukoll, “Illum Victor jinsab iħares fuq dawk li komplew dak li beda hu, flimkien ma’ dawk l-anġli li sfortunatament tilfu l-battalja mal-mostru tas-seklu.”





Ritratti:

Facebook / Vince De Bono I

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI