Ta’ kull sena, Gwen numru kbir ta’ figolli fejn permezz tagħhom dejjem tiġbor somma sabiħa b’risq Puttinu Cares. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha hi tkellmet dwar is-somma finali.
Hi qalet, “Is-somma sabiħa miġbura mill-bejgħ tal-figolli ta’ din is-sena b’risq Puttinu Cares hija ta’ €8,215. Minn qalbi nirringrazzja lil kull min xtara u għamel dan il-proġett tant għal qalbi possibbli għas-sitt sena. Żgur li dan il-proġett ma kienx ikun possibbli mingħajr l-għajnuna tal-isponsors ta’ din is-sena li provdew il-prodotti meħtieġa.”
Prosit kbira, Gwen!