“Kont Naħseb Wisq Fuq L-Iċken Dettall… Issa Nafda Aktar L-Istint Tiegħi, Anke Dawk Kemxejn Delużjonali” – Miriana Conte

Il-kantanta lokali Miriana Conte baqgħet magħrufa għall-identità distinta fix-xena tal-pop kontemporanju, permezz ta’ stil viżiv kuraġġuż u ħoss mimli emozzjoni.

Miriana tkellmet mar-rivista F Word dwar il-karriera mużikali tagħha inkluż l-arti li qed toħloq.

Ix-xogħol tagħha jgħaqqad pop enerġetiku ma’ narrattiva intensa u espressiva, fejn jispikkaw il-kunfidenza, vulnerabbiltà u kaos.

Din il-kombinazzjoni tagħti lill-mużika tagħha karattru uniku li jispikka fost oħrajn fil-ġeneru.

Miriana titkellem dwar l-aħħar album tagħha, OVERSTIMULATED, jirrappreżenta pass importanti fl-evoluzzjoni artistika tagħha.

OVERSTIMULATED huwa l-verità tiegħi fl-aktar forma pura tagħha, tribut għall-identità tiegħi u l-esperjenza meta rċevejt id-dijanjosi dwar l-ADHD fl-għoxrinijiet tiegħi. L-album jaqbad l-intensità, u s-sbuħija li tħoss, kollox f’daqqa. Huwa emozzjonali, onest, u tista’ tidentifika ruħek profondament miegħu.”

Fl-istess ħin, din kienet intervista intima mal-artista li tiftaħ tieqa dwarha nnifisha u dwar l-arti tagħha. Miriana titkellem b’mod sinċier dwar il-vjaġġ artistiku tagħha u l-intensità emozzjonali li hemm wara OVERSTIMULATED.

Twieġeb anke dwar mistoqsija li staqsieha t-tim ta’ din ir-rivista dwar din l-era ġdida ta’ Miriana.

“Qisha rollercoaster, imma żgur li m’għadnix nibża’ nwettaq xi ħaġa b’wiċċi ‘il quddiem. Kont naħseb wisq fuq l-iċken dettall, u issa qed naħseb b’aktar… ‘ejja naraw x’jiġri.’ Nafda aktar l-istinti tiegħi, anke dawk kemxejn delużjonali, u dan verament ifforma din l-era ġdida.”

Ċertament li din l-artista lokali onesta għandha għalxiex tkun kburija, u kulma jmur qed tkompli tispira lil ħafna persuni.

Segwu l-intervista sħiħa HAWN







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI