“Kull Mexxej Għandu L-Obbligu Morali Li Jipproteġi L-Poplu Ċivili Mill-Kruha Tal-Gwerra” – Il-Papa Ljun XIV

Fid-diskors tiegħu llum il-Papa Ljun XIV reġa’ għal darb’oħra ħeġġeġ lill-mexxejja tal-pajjiżi minn madwar id-dinja sabiex jaħdmu favur il-paċi. Hu saħaq li kull uman għandu obbligu morali sabiex jipproteġi lill-poplu ċivili mill-kruha tal-gwerra.

Il-Papa Ljun XIV iddeddiika t-talb tiegħu b’mod partikolari lejn dawk li jinsabu fl-Ukrajna, fil-Libanu u fis-Sudan u qed ikollhom jesperjenzaw it-traġedja tal-gwerra.

Il-Mexxej tal-Knisja Kattolika esprima l-awgurju tiegħu lejn il-miljuni ta’ Ortodossi minn madwar id-dinja li bħalissa qed jiċċelebraw l-Għid u esprima t-tama tiegħu li dan il-jum jintuża bħala okkażjoni sabiex il-pajjiżi li jinsabu fi gwerra joqorbu iżjed lejn il-paċi.







Ritratti:

X / @pontifex (Pope Leo XIV)

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI