Fuq il-paġna uffiċjali ta’ Love Island Malta għadha kif tħabbret xi ħaġa oħra – il-programm Love Island Malta Aftersun, li se jkun preżentat minn ħadd ħlief Chucky Bartolo.
Li ħa jiġri hu li wara l-ewwel episodju li ser jixxandar fis-17 ta’ Mejju, Chucky ser ikun jiltaqa’ ma’ mistiedna speċjali, li b’mod mill-aktar onest u naturali ser jaqsmu l-ideat tagħhom għall-mistoqsijet ta’ Chucky.
Chucky se jkun lest biex jiżvela dak li jiskopri minn dan il-programm. Mistenni kaos sħiħ!
Ser issegwu?