Jinfetħu L-Applikazzjonijiet Għal Brillanti Singers – Opportunità Għal Talenti Ġodda

Il-pjattaforma popolari tat-talent lokali, Brillanti, ħabbret li l-applikazzjonijiet issa huma uffiċjalment miftuħa għall-kantanti, u qed tistieden lil dawk kollha li għandhom passjoni għall-mużika biex jagħmlu pass ’il quddiem u juru t-talent tagħhom.

B’appell dirett lejn kantanti ta’ kull livell, l-organizzaturi qed iħeġġu kemm lil dawk li għadhom jibdew il-vjaġġ tagħhom fil-mużika kif ukoll lil min diġà għandu esperjenza, biex japplikaw u jieħdu din l-opportunità unika biex jispikkaw fuq wieħed mill-aktar palchi magħrufa f’Malta.



Il-kompetizzjoni hija maqsuma f’żewġ kategoriji ewlenin: Brillanti Juniors, għal tfal sa 13-il sena, u Brillanti Singers, għal parteċipanti ta’ 14-il sena ’l fuq. Dan jippermetti lil talenti ta’ etajiet differenti jesprimu ruħhom u jikkompetu f’ambjent adattat għalihom.



Brillanti Singers isservi bħala pass importanti għal ħafna kantanti Maltin, u tagħti spazju fejn il-parteċipanti jistgħu mhux biss juru l-vuċi tagħhom, iżda wkoll jikbru artistikament u jiksbu esperjenza fuq palk professjonali.

Dawk interessati li japplikaw jew jixtiequ aktar informazzjoni jistgħu jikkuntattjaw lill-organizzaturi fuq in-numru 9922 9011. Il-palk lest jilqa’ talenti ġodda u din tista’ tkun l-opportunità li ħafna ilhom jistennew biex jibdew jew ikomplu l-vjaġġ tagħhom fil-mużika.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI