Ftit sigħat ilu, fl-Ingilterra ġiet approvata liġi li se tipprojbixxi ż-żgħażagħ li twieldu wara l-2008 milli qatt jixtru s-sigaretti matul ħajjithom.
Il-Ministru tas-Saħħa Ingliż tkellem dwar l-importanza ta’ din il-liġi fejn saħaq li permezz tagħha se jiġi żgurat li l-ġenerazzjonijiet Ingliżi tal-futur ma jkunux maħkuma mill-vizzju tat-tipjip li tant hu ta’ detriment għas-saħħa tal-bniedem.
Intant, fl-Ingilterra u madwar id-dinja kollha, din il-liġi għadha qed titqies bħala waħda kontroversjali hekk kif filwaqt li wħud jaqblu ma’ din il-projbizzjoni, oħrajn qed jisħqu li dan mhuwiex il-mod addattat kif għandha tiġi riżolta din il-kriżi. Minflok, dawk kontra qed jisħqu li għandu jiżdied l-għarfien u t-tagħlim fost it-tfal u ż-żgħażagħ dwar il-ħsara li t-tipjip jikkawża lill-bniedem.
Intom x’taħsbu dwar din il-projbizzjoni? Għandna nagħmlu l-istess Malta?
Pexels