Iħalli din id-dinja Darrell Sheets, li kien deher waqt Storage Wars bħala membru ewlieni tal-kast mill-2010 sal-2021 u kien magħruf bħala The Gambler għax-xiri riskjuż tiegħu.
Huwa deher fl-istaġuni 14 u 15 bħala xerrej mistieden qabel ma waqaf mix-xena tal-ispettaklu.
Is-serje segwiet xerrejja professjonali hekk kif jagħmlu offerti fuq storage units li jkunu abbandunati, bit-tama li jiskopru oġġetti ta’ valur.
“Ninsabu mnikkta bil-mewt ta’ membru maħbub mill-familja tagħna ta’ Storage Wars, Darrell “The Gambler” Sheets,” qal kelliem għal A&E fi stqarrija.
Jistrieħ fis-sliem.