KELLYMNI

Kellymni: Episodju 73 – Dr. Lydia Abela

Play

Dr. Lydia Abela tingħaqad ma’ Melanie Kelly fuq Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida, fejn b’onestà titkellem dwar il-vjaġġ tagħha minn tfulija sempliċi għal rwol pubbliku importanti.

Parti importanti mill-konversazzjoni ddur ukoll madwar ir-rwol tagħha bħala omm, fejn Lydia titkellem dwar kemm dan huwa ċentrali f’ħajjitha u kif tipprova tagħti l-aħjar tagħha minkejja l-ħajja impenjattiva.
Hija ssemmi wkoll lil ommha bħala l-akbar mudell f’ħajjitha, persuna li għaddietilha valuri sodi li għadha tgħix bihom sal-lum.

F’din il-konversazzjoni, Lydia turi naħa aktar personali u umana tagħha, filwaqt li taqsam il-valuri u l-esperjenzi li għenuha tul ħajjitha. Storja ta’ dedikazzjoni, servizz u umiltà.

IXXERJA

PARTNERS UFFIĊJALI