Emma Muscat Bi Twissija Ta’ Profil Falz Juża Isimha

L-imitazzjoni l-aktar forma sinċiera ta’ tifħir, jgħidu… għall-inqas meta ma tkunx qed tintuża għal skopi u fini qarrieqa. Illum, il-kantanta Emma Muscat, li għamlet ħoss liema bħalu mhux biss lokalment iżda lil hinn minn xtutna, wissiet lill-udjenza tagħha fuq Facebook sabiex joqogħdu attenti minn profil falz b’isimha li hu għaddej.





Il-kantanta ta’ fuq Amici ħabbret kif fuq dan il-profil, ix-xbieha tagħha qiegħda tippermea l-messaġġi privati u tintuża bil-għan li tissoliċita l-flus mingħand in-nies. Hija saħqet kif dan l-abbuż tal-immaġni tagħha mhux biss mhuwiex xieraq iżda huwa moralment u etikament ħażin għalkollox.

“Filwaqt li l-għotja tal-flus għal kawżi tajbin hija xi ħaġa li nappoġġja għalkollox, l-impersonazzjoni bl-iskop li titlob il-flus mgħand in-nies billi tabbuża l-immaġni tagħhom hija xi ħaġa kompletament ħażina.” – Emma, fuq Facebook.



Message

Facebook / Deborah Schembri

Il-messaġġ jidher qiegħed jitlob li tinġabar is-somma ta’ €40,000 għal xi kirurgija urġenti meħtieġa għal tfajla ċkejkna. Bosta nies indunaw li din hija frodi, u daqstant irringrazzjaw lil Emma talli ġibditilhom l-attenzjoni.

Facebook / Emma Muscat

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI