“Sibna Li L-Ikbar Weġgħa Tat-Tfal Hi Li Mhux Ikollhom Biżżejjed Ħin Mal-Ġenituri” – Il-Kummissarju Għad-Drittijiet Tat-Tfal

Intervistata mill-preżentatriċi Maria La Barokka waqt il-programm Ras Imb Ras, il-Kummissarju għad-Drittijiet tat-Tfal Antoinette Vassallo saħqet li fil-ħidma tagħha tosserva li l-ikbar weġgħa li għandhom it-tfal hi proprju li mhux ikollhom biżżejjed ħin mal-ġenituri.

Antoinette fissret kif matul dawn l-aħħar erba’ snin kemm ilha taħdem sabiex tissalvagwardja d-drittijiet tat-tfal, hi rat li dejjem tati widen lit-tfal infushom u kien proprju għalhekk li daret ‘il fuq minn 60 skola differenti.

Apparti minn hekk, Antoinette ssemmi li hi ħadet l-inizjattiva li tniedi wkoll inizjattiva fejn tfal minn skejjel differenti ġew mistiedna jattendu għal laqgħat li jseħħu darba fix-xahar fejn fihom huma mitluba jesprimu d-diżappunti, it-tħassib u l-ideat tagħhom.

Il-Kummissarju għad-Drittijiet tat-Tfal Antoinette Vassallo tistqarr li l-ikbar weġgħa li tispikka fost it-tfal hi proprju li mhux ikollhom biżżejjed ħin mal-ġenituri.



Tistgħu tidħlu HAWN sabiex issegwu l-intervista sħiħa.





Ritratti:

TVMi / Rasimbras u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI