Jinġabru €1,300 Waqt Attivitajiet Ta’ Celebration Day Fl-Iskola Primarja Oliver Friġġieri Għal Puttinu Cares

Puttinu Cares

Il-Komunità tal-Iskola Primarja Oliver Friġġieri f’Birkirkara ċċelebrat suċċess sabiħ hekk kif inġabret is-somma ta’ €1,300 waqt l-attivitajiet ta’ Celebration Day organizzati għall-istudenti tal-Kinder 1, Kinder 2 u Year 1.



Din is-somma nġabret permezz tal-bejgħ ta’ ħelu sponsorjat minn Maypole, l-appoġġ ta’ Fonzu u l-kontribut ġeneruż ta’ qarib ta’ wieħed mill-membri tal-istaff. L-iskola qalet li dan ir-riżultat ma kienx ikun possibbli mingħajr l-appoġġ kontinwu, il-ġenerożità u l-ispirtu komunitarju muri mill-ġenituri, l-edukaturi, il-ħaddiema tal-iskola u dawk kollha li taw il-kontribut tagħhom għal din il-kawża.



L-organizzaturi esprimew il-gratitudni tagħhom lejn kull min ta sehmu sabiex l-attività tkun suċċess, filwaqt li saħqu li inizjattivi bħal dawn juru kemm il-komunità skolastika tista’ tingħaqad biex tagħmel differenza pożittiva.



Ritratti:

Facebook / Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI