“Nixtieq Infaħħar Il-Ħidma Importanti Li Titwettaq Kuljum F’San Vinċenz De Paul U Nirringrazzja Lill-Ħaddiema Kollha” – Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Anzjanità Attiva tkellem dwar l-ewwel żjara uffiċjali tiegħu ġewwa San Vinċenz de Paul.

Hu qal, “L-ewwel żjara uffiċjali tiegħi ġewwa San Vinċenz de Paul, mal-amministrazzjoni, mad-diretturi u mal-kapijiet tad-diversi dipartimenti. Fejn żort ukoll waħda mis-swali u ltaqajt mal-ħaddiema waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.”

Żied jgħid, “Nixtieq infaħħar il-ħidma importanti li titwettaq kuljum f’San Vinċenz de Paul u nirringrazzja lill-ħaddiema kollha għad-dedikazzjoni u l-impenn tagħhom. Hija l-prijorità tiegħi li nkomplu nsaħħu s-servizzi offruti lill-anzjani filwaqt li nassigura li r-residenti jingħataw kura ta’ kwalità f’ambjent dinjituż u sigur.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI