Omm Ta’ Tifla Nieqsa Mid-Dawl Tappella Sabiex L-Eżamijiet Jibdew Isiru Wkoll Bil-Braille

Omm ta’ tifla li hi nieqsa mid-dawl esprimiet fuq il-midja soċjali x-xewqa ta’ bintha li l-eżamijiet jibdew isiru wkoll bil-braille. L-omm spjegat kif bintha bħalissa għaddejja mill-perjodu tal-eżamijiet u billi għad m’hawnx din il-faċilità, hi qed ikollha tistudja sabiex l-eżamijiet tkun tista’ tagħmilhom b’mod orali.

Madankollu, l-omm tfisser b’diżappunt kif dan qed iwassal lil bintha Melania ta’ disa’ snin sabiex il-ferħ tagħha bħala tifla li tant għandha għal qalbha l-iskola, jinbdililha fi stress u biża’ mhux neċessarju.

“Għadni nemmen li xi darba għad isseħħ din il-bidla,” kitbet l-omm fejn sostniet li l-aċċessibbiltà m’għandhiex tiddependi fuq ġlieda ta’ ġenituri bħalha iżda għandha tkun dritt fundamentali għal kulħadd.

“Il-braille jagħti l-opportunità lil studenti li huma neqsin mid-dawl sabiex ipoġġu għall-eżami bl-istess sens ta’ dinjità u indipendenza bħal sħabhom,” temmet tispjega omm Melania.







Ritratti:

Facebook / Marilena Imbroll u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI