Il-paġna tal-Facebook tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, Il-Forzi Armati ta’ Malta u tal-Protezzjoni Ċivili kitbu messaġġ ta’ ringrazzjament lill-missirijiet li huma fis-servizz.
“Illum niċċelebraw il-missirijiet u l-figuri paterni kollha, speċjalment il-membri tal-Pulizija ta’ Malta li jaqdu l-komunità filwaqt li jkunu wkoll sors ta’ mħabba, gwida u appoġġ għall-familji tagħhom,” kitbu l-Korp tal-Pulizija.
“Missirijiet b’kuraġġ, dmir u dedikazzjoni,” kitbu l-Forzi Armati, “Illum nagħtu ġieħ lill-missirijiet kollha, speċjalment dawk li jaqdu dmirijiethom b’dedikazzjoni kemm lejn pajjiżna kif ukoll lejn il-familji tagħhom.”
“Insellmu lill-missirijiet u l-figuri paterni kollha li d-dedikazzjoni, is-sagrifiċċju u l-gwida tagħhom jispirawna kuljum,” kitbu l-Protezzjoni Ċivili.
Facebook / The Malta Police Force / Armed Forces of Malta / Civil Protection Malta