Il-Kanzunetta ‘Loop’ Ta’ Sarah Bonnici Tintuża Fiċ-Ċeremonja Tal-Ftuħ Ta’ Miss Universe Brazil

Waqt il-ftuħ tal-Miss Universe Brazil intużat il-kanzunetta Loop tal-kantanta Sarah Bonnici. Bonnici kienet ipparteċipat fil-Eurovision Song Contest tal-2024 b’din id-diska.

Il-parteċipanti tal-kompetizzjoni żifnu ukoll mad-diska.

Sarah qasmet story fuq l-Instagram tagħha dwar dan. “Kemm hi ħaġa ‘cool’ li nara li Loop intużat fiċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Miss Universe Brazil,” hi kitbet.

Araw il-filmat tal-ftuħ bid-diska Loop hawn taħt:

Ritratti:

Instagram/@missosologyking

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI