“X’Inhi D-Differenza Bejn Mewġa Ta’ Sħana U Perjodu Ta’ Sħana?” – It-Temp Madwarna

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, It-Temp Madwarna spjegaw id-differenza bejn mewġa ta’ sħana u perjodu ta’ sħana, hekk kif riesaq fuq Malta perjodu ta’ sħana.

Huma qalu, “X’inhi d-differenza bejn Mewġa ta’ Sħana (heatwave) u Perjodu ta’ Sħana (heat spell)? Mewġa ta’ Sħana - il-kriterji sabiex uffiċjalment inkunu f’mewġa ta’ sħana huma li jkollok 3 ijiem konsekuttivi (jew iżjed) fejn it-temperatura massima tkun 5°C+ ogħla mill-medja, f’mument partikolari.”

Żiedu, “Perjodu ta’ Sħana - il-kriterji li jissodisfaw perjodu sħun jew heat spell, huma diversi jiem konsekuttivi fejn it-temperatura massima tkun ogħla mill-medja staġjonali, iżda ma tkunx 5°C ogħla (jew iżjed). Bejn is-16 u t-22 ta’ Lulju 2026 kellna mewġa ta’ sħana estrema, b’temperaturi massimi li saħansitra ġielu kienu 12°C ogħla mill-medja! Il-pajjiż kien taħt l-ogħla twissija ħamra u anke tkejlet l-ogħla temperatura għal Lulju (43.3°C)!”

Qalu wkoll, “Bejn illum il-Ġimgħa 31/7 u t-Tlieta 11/8 huwa mistenni perjodu ta’ sħana, b’temperaturi massimi li jvarjaw bejn il-35°C u s-37°C, u għaldaqstant il-kriterji uffiċjali ta’ MEWĠA ta’ sħana jistgħu ma jintlaħqux - it-temperatura massima medja għal Awwissu hi 32°C. L-umdità relattiva, id-direzzjoni u anke l-qawwa tar-riħ ilkoll se jilagħbu rwol importanti dwar kemm se tkun tinħass it-temperatura (real feel jew heat stress index).”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI