Michel Zarb qasam ritratt li qanqal rabja kbira hekk kif juri żwiemel fix-xemx waqt li s-sid jinsab fid-dell.
Dan mhux ġust anke f’jiem normali, aħseb u ara f’dawn il-jiem ta’ sħana kiefra. Ħafna esprimew ir-rabja tagħhom lejn din il-moħqrija. Dawn iż-żwiemel mhux biss ikunu fix-xemx iżda anke jridu jduru bil-piż tat-turisti fit-toroq ġo din ix-xemx.
“Żiemel fix-xemx u sidu fid-dell,” kiteb Michel Zarb. “Prosit,” hu żied jgħid b’sarkażmu. Ir-ritratt ġie mtella’ fil-ħin li suppost iż-żwiemel ma jkunux fix-xemx.
Facebook / Michel Zarb