Illum Huwa Għeluq Snin Il-Karattru Harry Potter – Jum Sinifikanti Għall-Fans Ta’ Harry Potter

Dan il-jum huwa importanti ħafna għall-miljuni ta’ ammiraturi ta’ Harry Potter madwar id-dinja – probabbilment l-aktar karattru popolari tal-ġenerazzjoni tagħna. Dan għaliex il-karattru fittizju twieled proprju f’dan il-jum, il-31 ta’ Lulju, kif inħoloq mill-awtriċi ġenjali J.K. Rowling.

Insiru nafu dwar għeluq snin Harry Potter fl-ewwel ktieb u film, meta Hagrid iwassallu kejk li għamel hu stess u jagħtih l-aħbar li huwa saħħar - din hija waħda mill-aktar xeni ikoniċi fl-istorja taċ-ċinema.

Tifel imwieled fl-aħħar ta’ Lulju, li kellu jsir l-akbar theddida għal Voldemort, kien parti minn profezija li sawret il-plott tas-sensiela.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI