Johann Caruana Jniedi Within The Light – Single Ġdid Tal-Ġeneru Progressive House

Il-produttur u artist Malti Johann Caruana għadu kif nieda s-single l-ġdid tiegħu, Within the Light, biċċa mużikali mill-ġeneru progressive house li tkompli tibni fuq il-vjaġġ tiegħu fix-xena tal-mużika elettronika lokali.

Permezz ta’ din il-produzzjoni, Johann jesplora temi marbuta mad-dawl, iċ-ċarezza, il-qawmien u s-saħħa li wieħed isib fih innifsu. Is-single jirrifletti wkoll l-evoluzzjoni tiegħu bħala artist u produttur fil-qasam tal-EDM f’Malta. Aktar kmieni din is-sena, Johann kiseb żewġ unuri waqt l-Annual Entertainment DJ Awards f’Malta, rikonoxximent li kompla jsaħħaħ il-preżenza tiegħu fix-xena lokali.

Fatt interessanti dwar Within the Light huwa li l-produzzjoni nħolqot kompletament mill-bniedem, mingħajr l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali. Fi żmien fejn il-mużika ġġenerata bl-AI qed issir dejjem aktar komuni, Johann għażel li jżomm mal-proċess kreattiv tiegħu, mill-kompożizzjoni u s-sound design sal-mixing.

Għalih, din l-awtentiċità tibqa’ parti importanti mill-identità artistika tiegħu u mill-mod kif joħloq il-mużika tiegħu. Within the Light hija disponibbli fuq Spotify, YouTube u l-pjattaformi ewlenin kollha tal-istrimjar.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI