Rene Pizzuto ħabbar inizjattiva mill-isbaħ li se tkun qed timmarka għeluq il-50 sena tiegħu. Minflok ċelebrazzjoni tradizzjonali, Rene flimkien ma’ martu qed jistiednu lin-nies jingħaqdu magħhom għal attività ta’ għoti tad-demm fil-5 ta’ Settembru.
L-għan tagħhom huwa wieħed simboliku u importanti: li f’din l-okkażjoni jinġabru aktar minn 50 borża demm. "Jien u marti ma nistgħux nistennew biex naqsmu din il-ġurnata magħkom ilkoll," kiteb Rene, filwaqt li ħeġġeġ lil dawk interessati biex ixerrdu l-kelma u jistiednu lill-ħbieb u l-qraba tagħhom sabiex jieħdu sehem.
Rene appella wkoll lil kull min jixtieq jingħaqad ma’ din l-inizjattiva biex jagħmel kuntatt miegħu permezz ta’ messaġġ privat.
Ċertament mod sabiħ kif wieħed jimmarka tragward importanti f’ħajtu, filwaqt li fl-istess ħin jagħmel differenza fil-ħajja ta’ persuni oħra. Nittamaw li Rene jirnexxielu jilħaq, u saħansitra jaqbeż, il-mira ta’ 50 borża demm!