“Sirt Missier. U Ħajjitna Nbidlet Għal Dejjem” – L-MP Mark Anthony Sammut Jifraħ Lil Ibnu Jack F’Għeluq Sninu

Mument speċjali għall-Membru Parlamentari, Mark Anthony Sammut u familtu, hekk kif ibnu Jack għalaq tmien snin. F’messaġġ mimli mħabba u nostalġija, Mark fakkar fil-ġurnata li fiha ltaqa’ għall-ewwel darba ma’ dak it-tifel li kellu jibdel ħajtu għal dejjem.

Mark irrakkonta kif tmien snin ilu daħal f’ħajtu “tifel” mimli enerġija u kurżità, kif ukoll mimli mħabba lejn l-annimali. Flimkien ma’ dan kollu, Jack ġab miegħu tbissim li, skont missieru, kien wieħed mill-aktar affarijiet indeskrivibbli li qatt ra.

Kien proprju dak il-mument li Mark sar missier, u minn hemm ’il quddiem ħajtu u dik tal-familja tiegħu ħadu direzzjoni ġdida għalkollox.

Bil-kliem sempliċi iżda emozzjonanti tiegħu, Mark esprima kemm Jack għandu post speċjali f’qalbu u f’ħajtu, hekk kif għadda miegħu dawn it-tmien snin ta’ memorji, mumenti sbieħ u esperjenzi li ma jintesewx.

Fl-aħħar temm il-messaġġ tiegħu b’awguri sbieħ lil Jack f’għeluq it-tmien sena tiegħu.

Aħna wkoll, f'isem it-Tim ta' Gwida, nawguraw lil Jack ħafna ferħ, saħħa u snin oħra mimlija tbissim u avventuri sbieħ flimkien mal-familja tiegħu.

Ritratti:

Facebook/Mark Anthony Sammut

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI