“Dak Ma Ssibu Mkien Meta Jkollok Bżonnu” – Acherely Pace Bi Tweġiba Lejn Kumment Mimli Ġudizzju U Kritika

Kumment minn persuna wassal lil Acherely Pace biex jaqsam messaġġ importanti dwar ir-realtà li jgħaddu minnha dawk li jagħmlu minn kollox biex jgħinu lill-annimali fil-bżonn.

Pace spjega, li ħafna drabi n-nies ma jkunux konxji tal-ammont kbir ta’ każijiet li jaslu għand min ikun involut f’dan il-qasam, kemm permezz tal-midja kif ukoll privatament. “Intom ma tafux kemm hemm każijiet fuq il-midja u private!” kiteb, waqt li semma wkoll li hemm ħafna qtates li jkunu qed jistennew l-għajnuna, flimkien mal-għadd kbir ta’ telefonati u messaġġi li jirċievi.

Huwa ammetta li jkun hemm drabi fejn ikollu jgħid le, mhux għax ma jridx jgħin, iżda sempliċement għax ma jkunx jista’ jlaħħaq ma’ kollox.

Pace appella, biex qabel ma wieħed jiġġudika jew jikkritika, jiftakar li wara kull persuna li tgħin hemm ukoll bniedem li għandu l-limiti tiegħu, kif ukoll familja u annimali li jeħtieġu l-ħin u l-attenzjoni tiegħu.

Il-messaġġ tiegħu kien ċar: ma jistax jiġi salvat kulħadd, iżda dan ma jfissirx li dawk li jgħinu mhumiex qed jagħmlu dak kollu li jistgħu.

Ritratti:

Facebook/Acherely Pace

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI