Jipproponi Lit-Tfajla Tiegħu Waqt L-Eklissi Ta’ Jumejn Ilu

Jumejn ilu bosta kienu dawk minn madwar id-dinja li kellhom ix-xorti jaraw b'għajnejhom l-ispettaklu naturali tal-eklissi. Dan hekk kif fl-ispazju seħħ fenomenu li wieħed ma jarax ta' kuljum - il-qamar għadda bejn ix-xemx u d-dinja u, għal madwar żewġ minuti, għatta kompletament ix-xemx, u b'hekk is-sema mdallam ħoloq spettaklu mill-isbaħ.

Ġuvni ra dan l-ispettaklu naturali li tant kien qiegħed joħloq stennija, bħala opportunità tad-deheb sabiex jipproponi lill-maħbuba tiegħu - u fil-fatt, hekk għamel.

Ritratti li ttellgħu fuq il-midja soċjali minn sieħbu, li hu fotografu, juru l-mument li fih il-ġuvni ppropona lit-tfajla tiegħu, bl-eklissi fl-isfond, fejn id-dawl tax-xemx kien kważi mgħotti għalkollox mill-qamar.

Matul dawn il-jumejn, dan il-mument fejn il-koppja tagħżel li tieħu l-imħabba tagħha għall-pass li jmiss proprju fl-isfond tal-eklissi mar virali fuq il-midja soċjali. Tant hu hekk li l-istorja ġiet irrappurtata minn diversi paġni kbar li huma segwiti minn għexieren ta' miljuni minn madwar id-dinja fosthom paġni bħal Pubity kif ukoll Complex.

Ritratti:

Instagram / @olivertakac

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI