Bosta Mistennija Jerħulha Lejn Għawdex Għall-Weekend Ta’ Santa Marija

Il-weekend ta' Santa Marija huwa opportunità unika għal eluf ta' Maltin sabiex jieqfu ftit mill-ħajja mgħaġġla ta' kuljum - min jagħżel li jmur xi btala, oħrajn jagħżlu li jqattgħu xi ġurnata l-baħar, u għadd sostanzjali ta' Maltin oħra jitħajru jitilgħu sal-gżira tat-Tliet Għoljiet.

Din is-sena mhux mistenni jkun b'inqas hekk kif l-operaturi tal-vapur t'Għawdex bdew joħorġu l-avviżi meħtieġa minn jiem qabel sabiex jiżguraw li t-traġitti bejn iż-żewġ gżejjer jibqgħu jsiru bl-inqas inkonvenjent possibbli, anke jekk stess ikun hemm żieda sostanzjali fl-għadd ta' passiġġieri.

"Inħeġġu lil kull min se jivjaġġa bejn iż-żewġ gżejjer sabiex jippjana t-traġitt tiegħu minn qabel billi jiċċekja l-kameras diretti li għandna fuq is-sit tagħna onlajn," appellaw l-operaturi tal-vapur t'Għawdex. Spjegaw kif se jkun hemm ukoll bosta ħaddiema tal-kumpanija li se jkunu qiegħdin jaraw li jidderiġu l-influss ta' passiġġieri li jridu jaqsmu min-naħa għall-oħra bl-aqwa mod possibbli.

Intom se terħulha lejn Għawdex għall-weekend ta' Santa Marija?

Ritratti:

Facebook / Melanie Wilberforce u Gozo Channel Operations Limited

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI