Nicholas Borg Bonaci, li ħafna jiftakruh mill-programm HazZzard u li llum huwa wkoll attiv fuq il-mezzi soċjali, ilbieraħ iċċelebra anniversarju tassew speċjali ma’ żewġu – għaxar snin ta’ żwieġ. Għal din l-okkażjoni għażiża, Nicholas qasam messaġġ mill-qalb fejn irringrazzja lil żewġu talli dejjem kien maġenbu, kemm fil-mumenti sbieħ kif ukoll f’dawk aktar diffiċli.
"Għaxar snin ta’ żwieġ u għadni nħossni fortunat immens li għandi lilek maġenbi. F’kull mument sabiħ, f’kull ġurnata diffiċli, f’kull daħka u f’kull demgħa, int dejjem kont hemm għalija," kiteb Nicholas.
Huwa ddeskriva lil żewġu bħala l-persuna li tagħtih is-serħan u s-saħħa, l-aqwa ħabib tiegħu u dak li dejjem jista’ jistrieħ fuqu. Nicholas temm il-messaġġ tiegħu billi ħares ’il quddiem lejn dak li għad iridu jesperjenzaw flimkien, "Dawn kienu l-ewwel għaxar snin tagħna, u issa nħarsu ’l quddiem lejn l-avventuri, il-memorji u l-imħabba kollha li għad hemm jistennewna. Għal dejjem, se tkun int."
Nawguraw lil Nicholas u lil raġel tiegħu l-isbaħ xewqat f’dan l-anniversarju tant speċjali!
Facebook / Nicholas Borg Bonaci