Fit-tbassir tat-temp tal-ġimgħa d-dieħla, fejn huma antiċipati iżjed jiem sħan u xemxin, qed tispikka l-possibbiltà li nhar l-Erbgħa filgħodu l-gżejjer Maltin jintlaqtu minn xi ħalbiet iżolati tax-xita.
Jekk dan iseħħ, din ma tkunx l-ewwel darba li fix-xahar t'Awwissu s-sħana qalila tiġi mxekkla għal ftit mumenti mix-xita. Fil-fatt, tradizzjonalment il-ħalbiet tax-xita li jolqtu lil pajjiżna f'dan iż-żmien tas-sena huma msejħa l-Għarajjex ta' Santa Marija.
Intant, it-tbassir tas-sit Maltese Islands Weather jindika li l-bqija tal-ġimgħa se tkun iddominata mis-sħana tremenda u x-xemx tiżreġ, kif wieħed jistenna tipikament fl-eqqel tal-istaġun sajfi.
Facebook / Malta Info Guide u Pexels