Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-Ministru Glen Bedingfield tkellem dwar deportazzjoni li seħħet illum wara każ riċenti.
Hu qal, “Tkeċċa minn Malta llum wara nofsinhar ċittadin Indjan li nstab ħati ta' vandaliżmu fuq vetturi fis- Swieqi. Il-każ imur lura għall-1 ta' Awwissu li għadda.”
Żied jgħid, “Il-persuna kkonċernata tressqet il-Qorti u, wara li ammettiet l-akkużi miġjuba kontriha u ngħatat is- sentenza, inħarġet ukoll ordni għat-tkeċċija tagħha minn Malta. F'pajjiżna rridu nies li jirrispettaw il-liġijiet, ir-regoli u s- soċjetà tagħna. Min jagħżel li jikser il-liġi għandu jġorr il-konsegwenzi ta' għemilu.”