“Il-Mara Li Serqitli Qalbi” – Il-Kantant Mark Spiteri Lucas B’Messaġġ Lil Martu F’Għeluq Sninha

Għall-okkazjoni ta’ għeluq snin martu Sharon, Mark Spiteri Lucas kiteb messaġġ mill-isbaħ fuq il-midja soċjali, fejn irringrazzjaha tal-imħabba u s-sapport kontinwu tagħha.

Today we celebrate YOU,” beda l-messaġġ tiegħu, filwaqt li ddeskriva lil martu bħala l-blata tal-familja u “l-mara li serqitli qalbi”. Mark irringrazzjaha wkoll talli hi mara u omm mill-isbaħ, kif ukoll tal-imħabba li dejjem turihom. "Inħobbok ħafna," żied jgħid.

Il-messaġġ kien f’isem Mark u binthom Greta, u ntemm bi kliem sempliċi iżda li jfisser ħafna: “Happy Birthday my love.”

Aħna f’isem Gwida.mt  nawguraw lil Sharon l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha! 

Ritratti:

Facebook/ Mark Spiter Lucas

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI