Jon Mallia Jagħlaq 43 Sena B’Xewqa Waħda – Li Ssir Ġustizzja Ma’ Matthew U Ma’ Familtu

Fl-okkażjoni ta’ għeluq it-43 sena tiegħu, Jon Mallia ddeċieda li jgħaddi messaġġ personali mas-segwaċi tiegħu, fejn b’umoriżmu tkellem dwar iż-żmien għaddej, iżda għażel li jiddedika l-parti ewlenija tal-messaġġ tiegħu għal sieħbu Matthew u għall-familja tiegħu.

“Tfartast naqra oħra. Żaqqi ttundjat tikk iżjed,” beda l-messaġġ ta' Mallia b'ton ċajtier, filwaqt li żied li għall-inqas s’issa, il-“kriżi tal-mezza età” għadha ma feġġitx. Hu qal li minkejja li għaddiet sena oħra, baqgħu jimpurtawh l-istess affarijiet bħall-familja, ix-xogħol, il-kollegi, il-kitba, il-ħbieb u fuq kollox il-ġustizzja! Kien hawnhekk li Mallia esprima x-xewqa tiegħu li ssir ġustizzja ma’ Matthew u mal-familja tiegħu kemm jista’ jkun malajr.

B'indirizz dirett lill-ħabib tiegħu Matthew qal: “Sieħbi… inħobbok. Fejn se tfittixni se ssibni dejjem.” Mallia awgura wkoll li wara l-ġuri, Matthew u l-familja tiegħu jkunu jistgħu jibdew ifiqu, filwaqt li esprima x-xewqa li pajjiżna jitgħallem minn dak li seħħ.

Huwa temm il-messaġġ billi rringrazzja lill-familja, lill-kollegi u lill-ħbieb tiegħu għall-imħabba u s-sapport, kif ukoll lil dawk kollha li jsegwu l-paġna tiegħu u jagħtuh l-opportunità li jkun ta’ servizz għalihom.

Ritratti:

Facebook/ Jon Mallia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI