“Kif Nista’ Ma Niggustakx Jekk Tikkupjani F’Kulma Nagħmel” – Jomike Jawgura Lil Ibnu Ż-Żgħir Li Llum Għalaq 5 Snin

Jayden, iben Jomike u ħu Lydon, l-għannej iż-żgħir, għalaq ħames snin u f’din l-okkażjoni speċjali missieru qasam messaġġ mill-isbaħ iddedikat lil ibnu ż-żgħir.

Fuq il-midja soċjali, Jomike awgura lil Jayden b’messaġġ mimli mħabba, umoriżmu u emozzjoni, fejn faħħar il-karattru sabiħ tiegħu. Huwa ddeskrivieh bħala tifel li “għandu karattru tal-ġenn”, li jħobb lil kulħadd u li dejjem jieħu ħsieb lil dawk ta’ madwaru.

Missieru awguralu biex jibqa’ dejjem kif inhu, filwaqt li b’mod ħelu ma naqasx milli jsemmi wkoll ir-ras iebsa li għandu, ħaġa li jidher li tagħmel parti mill-karattru tiegħu.

Jomike kompla jirrakkonta b’ċajta kif Jayden beda jimitah f’kollox, anke fil-ħwejjeġ li jilbes. Jgħid li t-tifel jara x’jilbes missieru u mbagħad imur jilbes bħalu, kif ukoll issa qed jipprova jibda jitgħallem ikanta bħalu u bħal ħuh.

Il-messaġġ intemm b’kliem ta’ mħabba lejn ibnu, hekk kif Jomike qallu kemm qed jikber u jsir bravu, u kemm iħobbu. “Inħobbok young man,” kiteb missieru, f’għeluq il-ħames snin ta’ Jayden.

Awguri Jayden!

Ritratti:

Ritratti: Jomike Agius

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI