Il-membru parlamentari Francesca Zarb qasmet messaġġ fuq Facebook biex tawgura lil oħtha, Maria Zarb, hekk kif qed tiċċelebra għeluq sninha.
F'messaġġ li qasmet ftit ġimgħat ilu, Francesca faħħret id-dedikazzjoni u l-perseveranza ta' oħtha tul is-snin tal-istudju u x-xogħol, fil-jum meta gradwat.
Francesca kienet awgurat kull suċċess lil oħtha fil-karriera tagħha, filwaqt li indirizzatha bħala "Dr Maria Zarb MD (Melit.) MRCP PACES (Edin.)", b'awgurju għall-kisbiet fil-futur.
Illum qasmet ritratt tagħhom fl-okkażjoni ta' għeluq snin oħtha. "Nawguralek minn qalbi f'għeluq sninek għażiża oħti." - DNawguralek minn qalbi f'għeluq sninek għażiża oħti. Grazzi ta' kull ma tagħmel miegħi fis-skiet."
Awguri lil oħt Francesca, Maria!