L-attriċi Maltija Louise Doneo awgurat lin-neputi tagħha, Darien Doneo, li llum qed jiċċelebra għeluq sninu.
F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Louise xtaqet lil Darien għeluq is-sena mill-isbaħ u qasmet miegħu kliem mill-isbaħ. "Lura fiż-żmien tal-iffilimjar ta' Shelly Rayner. Inħobbok," kitbet Louise.
Flimkien mal-awgurju, l-attriċi qasmet ukoll memorja ħelwa mill-passat, li tmur lura għaż-żmien meta kienu qed jiffilmjaw is-serje Shelly Rayner. Fir-ritratt jidhru Louise u Darien flimkien, f’mument li jibqa’ memorja sabiħa għalihom it-tnejn.
Lil Darien rajnieh f'diversi produzzjonijiet televiżivi lokali fosthom Stejjer Qosra u The Weeping House of Qala.
Bosta rreaġixxew għar-ritratt u kkummentaw fuq ir-ritratt ta' Louise u Darien, li anke hu kkummenta u rringrazzjaha għall-awgurju.
Awguri mill-qalb Darien!
Facebook/ Louise Doneo